Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Jannar 2013 - Alfacam et vs Il-Parlament

(Kawża T-21/12) 

("Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Provvista ta' servizzi awdjoviżivi lill-Parlament - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Artikoli 94 u 103 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alfacam (Lint, il-Belġju), Via Storia (Schiltigheim, Franza), DB Video Productions (Aartselaar, il-Belġju), IEC (Rennes, Franza) u European Broadcast Partners (Eubropa) (Aartselaar) (rappreżentant: B. Pierart, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment P. López-Carceller u C. Braunstein, sussegwentement P. López-Carceller u G. Hellinckx, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament, tat-18 ta' Novembru 2011, li tattribwixxi lill-kumpannija watch tv il-lott Nru 1 tas-sejħa għal offerti EP/DGCOMM/AV/11/11 dwar il-provvista ta' servizzi awdjoviżivi fis-sit tal-Parlament f'Brussell (il-Belġju), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 2011 li tiċħad l-offerta ta' Eubropa għal dan il-lott.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

____________

1 - ĠU C 89, 24.03.2012