Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2013 - Mäurer & Wirtz vs UASI - Sacra (4711 Aqua Mirabilis)

(Kawża T-25/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) (rappreżantant:T. Schulte-Beckhausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sacra Srl (Venezia, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta' Novembru 2012, fil-Każ R 1601/2011-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta' dan ir-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "4711 Aqua Mirabilis" għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 988 181

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sacra Srl

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "Aqua Admirabilis" għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) kif ukoll l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009

____________