Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2013 - Cactus vs UASI - Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)

(Kawża T-24/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cactus SA (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Isabel Del Rio Rodríguez (Malaga, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

-    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tad-19 ta' Ottubru 2012;

-    tordna li l-konvenut u - jekk applikabbli - Isabel Del Rio Rodriguez jbatu l-ispejjeż flimien u in solidum.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 31, 39 u 44 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 489 643

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 963 694 tat-trade mark verbali "CACTUS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 2, 3, 5, 6, 7, 8, 9, 11, 16, 18, 20, 21, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment u applikazzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 76(1) u (2), u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________