Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2014 – dm-drogerie markt vs UASI – Semtee (CALDEA)

(Kawża T-26/13) 1

Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Talba għal trade mark Komunitarja verbali CALDEA – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BALEA – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky, B. Beinert u A. Bender, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Semtee (Escaldes Engornay, Andorra)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2432/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Semtee.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 86, 23.03.2013.