Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Mäurer & Wirtz vs UASI – Sacra

(Kawża T-25/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali 4711 Aqua Mirabilis – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti AQUA ADMIRABILIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG (Stolberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schulte-Beckhausen u S. Hühner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sacra Srl (Venezia, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1601/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sacra Srl u Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mäurer & Wirtz GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 7, 9.3.2013.