Language of document : ECLI:EU:T:2013:122





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Marzu 2013 — Elan vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑27/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha mingħand il-benefiċjarju — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 6-8)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti minn provi dokumentarji ddettaljati — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew tibdel irrevokabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs tal-impriża (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13, 14, 16)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru u mhux lill-benefiċjarju — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni — Miżuri mhux vinkolanti — Assenza ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18-21, 23, 24)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Interess ġenerali invokat mill-Kummissjoni u interess tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali — Supremazija tal-interess ġenerali (Artikoli 108(2) TFUE u 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 27-29, 32)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6345 finali, tad-19 ta’ Settembru 2012, dwar miżuri meħuda favur l-impriża Elan d.o.o. [(SA.26379) (C 13/2010) (ex NN 17/2010)].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.