Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) ta' l- 20 ta' Ġunju 2007 -Tesoka vs FEACVT
(Servizz pubbliku - Aġenti temporanji - Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol - Riżenja - Rikors għal annullament u għal kumpens - Nuqqas ta' deċiżjoni preġudizzjali - Inammissibbiltà manifesta)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sabrina Tesoka (Overijse, il-Belġju) [rappreżentant: J.-L.Fagnart, avukat]
Konvenuta: Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol (FEACVT) [rappreżentant: C.Callanan, avukat]
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien u tax-Xogħol li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti intiżi sabiex tikseb kumpens li tallega li għandha dritt għalih wara r-riżenja tagħha, skond ir-Regolament Nru 1111/2005 u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens tad-danni (kawża T-398/05 irrinvijata mill-Qorti tal-Prim'Istanza).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU 10, 14.01.2006, p.28.