Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2013 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-148/13) 1
(“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors –Bidu tad-dekorrenza – Pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali – Inammissibbiltà”)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, għall-ħolqien ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti (AST 3), fl-oqsma “Awditjar”, “Finanzi/Kontabilità” u “Ekonomija/Statistika” (ĠU 2012, C 394 A, p. 1).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 123, 27.04.2013.