Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta' Ġunju 2007 - da Silva vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-21/06)1

(Uffiċjali - Ħatra fi grad - Pożizzjoni ta' direttur ippubblikat qabel l-1 ta' Mejju 2004 - Emenda tar-Regolament tal-Persunal - Artikoli 2 u 5(5) ta' l-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Klassifikazzjoni fi grad skond id-dispożizzjonijiet ġodda inqas favorevoli - Prinċipju skond liema kull uffiċjal huwa eliġibbli li jiżviluppa l-karriera tiegħu)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joao da Silva (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall, H. Kraemer u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta : Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti : M. Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2005 li taħtar lir-rikorrent bħala direttur safejn din tistabbilixxi l-klassifikazzjoni tiegħu fil-grad A*14 minnflok il-grad A2 indikat fin-notifika ta' pożizzjoni battala ppubblikata fl-2003, u min-naħa l-oħra, it-tqegħid lura tar-rikorrent fil-grad A*15(ex A2) kif ukoll ir-rikostituzzjoni tal-karriera tiegħu b'effett retroattiv.

Dispożittiv tas-sentenza

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-18 ta' Mejju 2005, safejn din tirrigwarda l-klassifikazzjoni tas-Sur da Silva bħala direttur fil-grad A*14 skala 2, hija annullata.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tas-Sur da Silva.

Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea huwa ordnat ibati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 108 tas-6.5.2006 p. 31.