Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta' Frar 2008 - Semeraro vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-19/06)1

(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni 2004 - Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta' motivazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta' ċertifikazzjoni)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Magdalena Semeraro (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u M. Velrado, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra tat-8 ta' Novembru 2005 li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrenti kontra r-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera għas-sena 2004.

Dispożittiv

Ir-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera ta' M. M. Semeraro għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004 huwa annullat.

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 108 06.05.2006, p. 30