Rikors ippreżentat fit-2 ta' April 2012 - Schulze vs UASI - NKL (Klassiklotterie)
(Kawża T-155/12)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Hans Gerd Schulze (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie (Hamburg)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Jannar 2012 (Każ R 600/2011-4), sa fejn hija tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark "Klassiklotterie";
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Klassiklotterie" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 28, 35 u 41 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 554 354)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża "NKL-Klassiklotterie"għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41 (Trade mark Nru 2 904 650)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżisti l-ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________