Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' April 2012 - Pri vs UASI - Belgravia Investment Group (PRONOKAL)

(Kawża T-159/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Pri SA (Clémency, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Marí Aguilar u F. J. Márquez Martín, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Belgravia Investment Group Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta' Diċembru 2011, fil-Każ R 311/2011-2 li tiċħad l-appell ippreżentat minn Pri SA, u li tilqa' parzjalment l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5744099 "PRONOKAL" għall-klassijiet 5, 29, 30 u 32 proprjeta ta' BELGRAVIA u tiċħad fl-intier tagħha l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 5744099 "PRONOKAL" għall-klassijiet 5, 29, 30 u 32 ta' BELGRAVIA minħabba l-inkompatibbiltà mad-drittijiet ta' Pri SA;

tikkundanna għall-ispejjeż lil dawk li jopponu għal dan ir-rikors skont kif stabbilit fl-Artikolu 87(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Belgravia Investment Group Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "PRONOKAL" għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5744099

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola u l-isem kummerċjali "PRONOKAL" għal prodotti fil-klassi 30

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment u applikazzjoni għal trade mark milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(2)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

____________