Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 – Schulze vs UASI – GKL (Klassiklotterie)

(Kawża T-155/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Klassiklotterie – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NKL-Klassiklotterie – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hans Gerd Schulze (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Lodigkeit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: GKL Gemeinsame Klassenlotterie der Länder, li kienet NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie (Hamburg) (rappreżentant: S. Russlies, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każ R 600/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NKL Nordwestdeutsche Klassenlotterie u Hans Gerd Schulze.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hans Gerd Schulze huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 165, 09.06.2012.