Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2013 – Sweet Tec vs UASI (Forma ovali)

(Kawża T-156/12) 1

[(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali– Forma ovali – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sweet Tec GmbH (Boizenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Nägele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Jannar 2012 (Każ  R 542/2011 -1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali ta’ forma ovali bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Sweet Tec GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.