Language of document : ECLI:EU:T:2013:677





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2013 –
Pri vs UASI – Belgravia Investment Group (PRONOKAL)

(Kawża T‑159/12)

“Tħassir tal-kawża – Talbiet imressqa matul ir-rinunzja għall-atti – Inammissibbiltà”

Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti (Regolament tal-Kunsill 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 24)

Suġġett

Minn naħa, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 311/2011‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pri SA u Belgravia Investment Group Ltd, u, min-naħa l-oħra, talba ta’ ċaħda tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti kollha msemmija mill-oppożizzjoni.

Dispożittiv

1)

Il-Kawża T‑159/12 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

2)

It-talbiet ta’ Pri SA, li jinsabu fl-ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-13 ta’ Settembru 2013, għall-finijiet li, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali tindika l-irtirar tal-oppożizzjoni, it-tieni nett, li tirrevoka d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tas-7 ta’ Diċembru 2010, inkwantu hija tiċħad parzjalment l-oppożizzjoni, u, it-tielet nett, li hija tordna l-inklużjoni tal-“konċessjoni totali” tat-trade mark PRONOKAL jiġu miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Pri SA hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-UASI.

4)

Belgravia Investment Group Ltd hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.