Language of document : ECLI:EU:T:2014:36





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 – European Dynamics Belgium et vs EMA

(Kawża T‑158/12)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvisti ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer – Deċiżjoni li tiġi kklassifikata l-offerta ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni għall-finijiet ta’ kuntratt fi stadji – Kriterji ta’ għoti – Żieda ta’ kriterju ta’ għoti mhux ipprovdut mid-dokumenti kuntrattwali – Evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni matul il-fażi ta’ għoti – Trasparenza”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punt 18)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Iffissar sussegwenti mill-awtorità kontraenti tal-koeffiċjenti ta’ kunsiderazzjoni għas-subkriterji tal-kriterji ta’ għoti previsti fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-avviż ta’ kuntratt – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138(1), (2) u (3) (ara l-punti 19-22))

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Kriterji ta’ selezzjoni – Evalwazzjoni tal-kapaċità tal-kandidati li jipprovdu s-servizzi speċifikati – Kriterji ta’ għoti – Evalwazzjoni komparattiva tal-karatteristiċi u l-merti partikolari ta’ offerti individwali – Applikazzjoni ta’ kriterju intiż li jevalwa l-abbiltà tal-kandidati sabiex jimplementaw kuntratt matul il-fażi ta’ għoti ta’ kuntratt – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138(2)) (ara l-punti 37-43, 52))

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Evalwazzjoni tal-offerti fuq il-bażi tal-kontenut tagħhom u mhux minn esperjenza preċedenti mal-istess awtorità kontraenti (ara l-punti 56, 57)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 89(1)) (ara l-punti 59-62))

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Għoti ta’ kuntratti – Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament – Kriterji ta’ għoti – Għażla mill-awtorità kontraenti – Kriterji mhux esklużivament kwantitattivi – Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 97(1) u (2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138(2) u (3)) (ara l-punti 63, 64, 71))

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni EMA/67882/2012 tal-EMA, tal‑31 ta’ Jannar 2012, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni għall-firma ta’ kuntratt-qafas, wara sejħa għal offerti EMA/2011/17/ICT, dwar il-provvista ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE u European Dynamics UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.