Language of document : ECLI:EU:T:2014:604





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 — Spanja et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑319/12 u T‑321/12)

“Għajnuna mill-Istat — Ċinematografija — Għajnuna għall-kostruzzjoni u għall-operat ta’ kumpless ċinematografiku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Kriterju ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq — Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Għajnuna intiża għall-promozzjoni tal-kultura — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Natura legali — Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 35, 46)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat — Evalwazzjoni fid-dawl tad-dħul medju mill-kapitali investiti fis-settur ikkonċernat — Ammissibbiltà — Limiti (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 39-45)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Proċedura kontradittorja — Drittijiet għall-parteċipazzjoni u għall-informazzjoni tal-partijiet ikkonċernati — Natura ristretta (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punt 123)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (Artikoli 107 TFUE, 108 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 149-151, 166, 167)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni (2012) 3025 finali tal-Kummissjoni Ewropea, tat-8 ta’ Mejju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22668 [C 8/2008 (NN 4/2008)], li Spanja implementat favur Ciudad de la Luz, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ciudad de la Luz, SA, Sociedad Proyectos Temáticos de la Comunidad Valenciana, SA u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.