Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2017 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO - M. J. Dairies (BBQLOUMI)

(Kawża T-328/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “BBQLOUMI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 069 034

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2017 fil-Każ R 497/2016-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________