Language of document : ECLI:EU:T:2012:252





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 — Kraft Foods Global Brands vs UASI — fenaco (SUISSE PREMIUM)

(Kawża T-60/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUISSE PREMIUM — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Premium — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 55-60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Novembru 2010 (Każ R 522/2010-1), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Global Brands LLC u fenaco Genossenschaft.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kraft Foods Global Brands LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.