Language of document : ECLI:EU:T:2014:1021

Kawża T‑57/11

Castelnou Energía, SL

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni — Obbligu ta’ servizz pubbliku li jiġu prodotti ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam indiġenu — Mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess individwali — Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Ammissibbiltà — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Sigurtà tal-provvista tal-elettriku — Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Protezzjoni tal-ambjent — Direttiva 2003/87/KE”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2014

1.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq komuni mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Rikors mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet

(Artikolu 108(2) u (3), TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, TFUE)

2.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Diffikultà ta’ evalwazzjoni — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja — Diffikultajiet serji — Kunċett — Natura oġġettiva — Oneru tal-prova — Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet — Tul u natura insuffiċjenti jew inkompleta tal-eżami mwettaq mill-Kummissjoni waqt il-proċedura preliminari ta’ investigazzjoni

(Artikolu 108(2) u (3), TFUE)

3.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari — Tul taż-żmien — Terminu massimu ta’ xahrejn — Kalkolu tat-tul tal-investigazzjoni preliminari minn meta tiġi rċevuta notifika kompleta — Kunċett ta’ notifika kompleta

(Artikolu 108(2) u (3), TFUE)

4.      Għajnuna mogħtija mill-Istati — Proġetti ta’ għajnuna — Eżami mill-Kummissjoni — Fażi preliminari u fażi kontradittorja — Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja meta jkunu jeżistu diffikultajiet serji — Talba għal informazzjoni komplementari — Modifika tal-miżura ta’ għajnuna — Ċirkustanzi li minnhom innifishom ma jiżvelawx l-eżistenza ta’ diffikultajiet serji

(Artikolu 108(2) u (3), TFUE)

5.      Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq komuni mingħajr il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Rikors mill-partijiet interessati fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors intiż sabiex iħares id-drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati — Motivi li jistgħu jiġu invokati — Oneru tal-prova

(Artikolu 108(2) u (3), TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263, TFUE)

6.      Proċedura ġudizzjarja — Intervent — Rikors intiż li jsostni t-talbiet ta’ waħda mill-partijiet imma li jiżviluppa argumenti oħrajn — Ammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 116(3))

7.      Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Stħarriġ tal-Kummissjoni u stħarriġ ġudizzjarju limitati għall-każ tal-iżball manifest

(Artikoli 106(2), TFUE u 107(1), TFUE; Protokoll Nru 26 anness mat-Trattati UE u FUE)

8.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika — Inammissibbiltà — Rekwiżiti analogi fir-rigward tal-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Inammissibbiltà li testendi għall-partijiet intervenjenti

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

9.      Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità — Stħarriġ tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti

(Artikoli 106(2), TFUE u 107(1), TFUE)

10.    Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Miżura ta’ għajnuna intiża sabiex tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku — Miżura li tqiegħed f’vantaġġ l-impjanti b’faħam indiġenu — Kriterji għall-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-imsemmija miżura mas-suq intern — Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Natura xierqa u mhux eċċessiva tal-miżura — Bdil tal-iskambji u tal-kompetizzjoni b’mod sostanzjali u manifestament sproporzjonat — Kunċett — Theddida għall-vijabbiltà ta’ setturi oħra ta’ produtturi tal-elettriku li tqiegħed fil-periklu s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Istat Membru

(Artikolu 106(2), TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54, Artikolu 11(4))

11.    Rikors għal annullament — Motivi — Użu ħażin ta’ poter — Kunċett

(Artikolu 263 TFUE)

12.    Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Setgħa diskrezzjonali — Osservanza tal-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat u dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat — Obbligu li huwa impost biss fir-rigward tal-modalitajiet tal-għajnuna marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tagħha — Osservanza tad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent — Obbligu li huwa impost biss fir-rigward tal-għajnuna li ssegwi għan ambjentali

(Artikoli 106 TFUE, 107 TFUE u 108 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54, Artikolu 11(4))

13.    Moviment liberu tal-merkanzija — Derogi — Sigurtà pubblika — Provvista tal-elettriku — Għan kopert mill-kunċett ta’ sigurtà pubblika

(Artikoli 28 TFUE u 36 TFUE)

14.    Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Pjan nazzjonali ta’ allokazzjonijiet ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra (PNA) — Kompetenzi tal-Istati Membri — Tqassim tal-kwoti — Miżura ta’ għajnuna li tqiegħed f’vantaġġ l-impjanti b’faħam indiġenu, intiża b’dan il-mod sabiex tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku — Ksur tal-għan u tal-ispirtu tad-Direttiva 2003/87 — Assenza

(Artikolu 106(2), TFUE; Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/54, Artikolu 11(4), u 2003/87)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 22-37, 43)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 47, 48, 50-54, 58, 82, 83, 88)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 59-61)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 70, 72, 75)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 106-108)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 111, 112)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 132-134, 136)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 145, 209, 215, 216)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 147, 149, 150, 152)

10.    L-Artikolu 11(4), tad-Direttiva 2003/54, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku, jippermetti, essenzjalment, lil Stat Membru jagħti vantaġġ għall-aċċess għas-suq, għal raġunijiet ta’ sigurtà ta’ provvista, lill-installazzjonijiet ta’ produzzjoni li jużaw sorsi kombustibbli indiġeni. Minbarra dan, ir-Regolament Nru 1407/2002, dwar għajnuna mill-Istat lill-industrija tal-faħam, jirrikonoxxi l-importanza tal-produzzjoni tal-faħam, fil-qasam tas-sigurtà tal-enerġija, għall-produzzjoni tal-elettriku. Għaldaqstant, sabiex ineħħu l-plawsibbiltà tar-rikonoxximent tan-natura xierqa ta’ miżura li tagħti vantaġġ lill-impjanti b’faħam indiġenu sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista fi Stat Membru, l-argumenti u l-elementi mressqa minn parti interessata li jikkontestaw deċiżjoni li ma tiftaħx il-il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ tali miżura għandhom ikunu partikolarment dettaljati u fondati fuq elementi partikolari potenzjali tal-każ inkwistjoni.

Barra minn hekk, l-eventwali distorsjonijiet maħluqa permezz ta’ tali miżura huma korrelattivi għall-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat, li min-natura tagħha hija miżura li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produzzjonijiet, u, b’mod partikolari, għall-implementazzjoni tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54, li jippermetti lill-Istati Membri jiffavorixxu l-installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku minn sorsi indiġeni għad-detriment ta’ dawk li jużaw sorsi oħrajn ta’ enerġija. Għaldaqstant, tali miżura tista’ titqies li hija eċċessiva biss jekk il-bdil fil-kompetizzjoni li hija toħloq ikun sostanzjali u manifestament sproporzjonat meta mqabbel mal-għan segwit. Sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li jeżisti tali bdil, għandu jiġi stabbilit li l-miżura thedded il-vijabbiltà ta’ setturi oħrajn produtturi tal-elettriku, u li saħansitra tqiegħed fil-periklu s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku fl-Istat Membru kkonċernat.

(ara l-punti 155, 156, 163, 164)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 175)

12.    Meta l-Kummissjoni tapplika l-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, hija marbuta, skont l-istruttura ġenerali tat-Trattat, li tosserva l-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat u d-dispożizzjonijiet speċifiċi minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat u, b’dan il-mod, li tevalwa l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni ma’ dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi.

Madankollu, tali obbligu huwa impost fuq il-Kummissjoni biss fir-rigward ta’ modalitajiet ta’ għajnuna li jkunu tant marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-għajnuna li ma jkunx possibbli li jiġu evalwati b’mod iżolat.

B’dan il-mod, jekk il-modalità tal-għajnuna inkwistjoni hija marbuta b’mod inseparabbli mal-għan tal-għajnuna, il-konformità tagħha mad-dispożizzjonijiet l-oħra minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat tiġi evalwata mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista permezz tal-Artikolu 108 TFUE u din l-evalwazzjoni tista’ twassal għal dikjarazzjoni ta’ inkompatibbiltà tal-għajnuna kkonċernata mas-suq intern.

Min-naħa l-oħra, fl-evalwazzjoni tagħha ta’ miżura ta’ għajnuna li ma ssegwix għan ambjentali, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta tieħu inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent fl-eżami tagħha tal-għajnuna u tal-modalitajiet li huma marbuta magħha b’mod inseparabbli. Fil-fatt, jekk għajnuna favur il-protezzjoni tal-ambjent tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) jew (c) TFUE, għajnuna li tipproduċi effetti dannużi fuq l-ambjent ma hijiex, minn dan is-sempliċi fatt, ta’ preġudizzju għall-istabbiliment tas-suq intern. Il-protezzjoni tal-ambjent ma tikkostitwixxix, minnha nnifisha, anki jekk hija għandha tiġi integrata fid-definizzjoni u fl-implementazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari f’dawk intiżi għall-istabbiliment tas-suq intern, wieħed mill-komponenti ta’ dan is-suq intern, iddefinit bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa żgurat [Artikolu 26(2) TFUE]. Madankollu, ir-regoli minbarra dawk dwar l-għajnuna mill-Istat li l-osservanza tagħhom għandha tiġi vverifikata huma limitati dawk li jistgħu jipproduċu effett negattiv fuq is-suq intern.

F’dan ir-rigward, jekk għajnuna intiża sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tkun ġiet iddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, minkejja li tkun konformi mal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE, minn dan jirriżulta ksur tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali fl-istabbiliment ta’ servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, kif ukoll estensjoni korrelattiva tal-attribuzzjonijiet tal-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi mogħtija lilha permezz tal-Artikoli 106 TFUE, 107 TFUE u 108 TFUE. Il-kompetenzi eżerċitati mill-Kummissjoni f’dan il-kuntest u l-proċedura speċifika ta’ eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna ma jistgħux jissostitwixxu l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, li biha l-Kummissjoni tiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni mill-Istati Membri.

(ara l-punti 181, 182, 184, 189, 190)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 197)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 218, 219)