Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Makhlaouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-443/13) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammed Makhlaouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: R. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mohammed Makhlaouf huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 325, 9.11.2013.