Language of document : ECLI:EU:T:2016:27





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T‑443/13)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball manifest ta' evalwazzjoni – Dritt għall-proprjetà – Dritt għar-rispett għall-ħajja privata – Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Att li jwassal għal miżuri restrittivi fir-rigward ta’ persuna jew ta’ entità – Att ippubblikat u kkomunikat lid-destinatarji – Indirizz tal-persuna kkonċernata magħruf fil-mument tal-adozzjoni tal-att – Terminu li jibda jiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni individwali (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, Artikolu 30(2)) (ara l-punti 20-23, 52)

2.                     Rikors għal annullament – Termini – Bidu tad-dekorrenza – Notifika – Kunċett – Notifika lir-rappreżentant ta’ rikorrent – Kundizzjoni (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, Artikolu 30(2)) (ara l-punti 26-30)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll l-iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 37, 38, 40, 42-48, 51-54)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll l-iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili – Dritt ta’ aċċess għal dokumenti – Dritt suġġett għal talba lill-Kunsill f’dan is-sens (Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 49, 50)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll l-iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili – Deċiżjoni li tagħmel parti minn kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata – Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 63-70)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Limiti għall-imsemmi obbligu – Kunsiderazzjonijiet imperattivi marbuta mas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha – Preġudizzju għall-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 75, 76)

7.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll l-iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili – Portata tal-istħarriġ (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 85, 86, 97)

8.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi u restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni ta’ persuni, entitajiet jew organi assoċjati mar-reġim Sirjan – Applikazzjoni għal persuni fiżiċi għas-sempliċi raġuni li jkollhom rabtiet ta’ familja mad-diriġenti tal-pajjiż – Ammissibbiltà (Artikoli 75 TFUE u 215 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 87-89)

9.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Projbizzjoni ta’ dħul u ta’ tranżitu kif ukoll l-iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet responsabbli għar-ripressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili – Restrizzjoni tad-dritt għall-proprjetà u tad-dritt għar-rispett għall-ħajja privata – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 7 u 17; Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK) (ara l-punti 106-109, 111-117)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/225/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mohammad Makhlouf huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.