Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' April 2011 - F91 Diddeléng et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-341/10) 

("Rikors għal annullament - Għeluq ta' ilment - Nuqqas ta' ftuħ ta' proċedura għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu - Nuqqas ta' att li jista' jiġi kkontestat - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: F91 Diddeléng (Dudelange, il-Lussemburgu); Julien Bonnetaud (Yutz, Franza); Thomas Gruszczynski (Amnéville, Franza); Rainer Hauck (Maxdorf, il-Ġermanja); Stéphane Martine (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu); Grégory Molnar (Moyeuvre-Grande, Franza); u Yann Thibout (Algrange, Franza) (rappreżentanti: L. Misson, C. Delrée u G. Ernes, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Rozet u P. Van Nuffel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF) (Mondercange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: inizjalment K. Daly, solicitor, u D. Keane, SC, sussegwentement K. Daly)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2010 li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra l-Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF), talba għall-annullament tar-regolamenti tal-FLF li jiksru l-Artikoli 39 KE u 81 KE kif wkoll talba intiża sabiex tiġi deċiża "kull sanzjoni neċessarja".

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

F91 Diddeléng, Julien Bonnetaud, Thomas Gruszczynski, Rainer Hauck, Stéphane Martine, Grégory Molnar u Yann Thibout għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Fédération Luxembourgeoise de Football (FLF) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 301, 06.11.2010.