Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Mejju 2012 - Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla sejħa għal offerti ppubblikata fis-27 ta' Marzu 2012, dwar it-tħejjija tad-dokumentazzjoni teknika għall-proġett tal-modernizzazzjoni tal-linja tal-ferrovija intitolat "L-irduppjar u l-aġġornament tal-kurutur ferrovjarju Xb li hemm, it-taqsima Novi Sad (minbarra fejn jiltaqgħu l-linji tal-ferrovija)-Subotica-il-fruntiera Ungeriża", skont ir-regoli ta' interoperabbiltà tal-UE, AGC, AGTC u l-Ftehim SEECP (ĠU 2012/S 60-096517), li teskludi lir-rikorrenti milli tipparteċipa fiha;

tikkundanna lill-konvenuta tagħtiha danni fuq il-bażi tad-dannu pekunjarju allegat;

tordna li l-konvenuta tħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv isostni

li ma kienx hemm bażi legali li abbażi tagħha r-rikorrenti tiġi eskluża a priori milli tipparteċipa fis-sejħa għal offerti inkwistjoni peress li ma hemmx kunflitt ta' interessi;

It-tieni motiv isostni

li l-esklużjoni mill-offerta tikser ir-Regolament IPA ;

It-tielet motiv isostni

li l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kuntratt kienu illegali.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006, tas-17 ta' Lulju 2006, li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, p. 82)