Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Ottubru 2012 - Saobraćajni institut CIP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/12) 

("Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi -

Esklużjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta' sejħa għal offerti - Annullament

tal-proċedura ta' sejħa għal offerti wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Saobraćajni institut CIP d.o.o. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: A. Lojpur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u E. Georgieva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta' avviż ta' kuntatt ippubblikat fis-27 ta' Marzu 2012 dwar it-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika dwar proġett ta' immodernizzar ferrovjarju, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-rikorrent mill-proċedura ta' sejħa għal offerti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mir-rikorrent fil-kuntest tal-istanza preżenti.

____________

1 - ĠU C 227, 28.07.2012.