Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 – Sunrider vs UASI – Nannerl (SUN FRESH)

(Kawża T-221/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUN FRESH – Trade marks Komunitarji, Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRESH SUNNY, SUNRIDER SUNNY FRESH u SUNNYFRESH – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Sunrider Corporation (Torrance, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Dontas u K. Markakis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nannerl GmbH & Co. KG (Anthering bei Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2401/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Sunrider Corporation u Nannerl GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

The Sunrider Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 217, 21.7.2012.