Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI

(Kawża T-722/13) 1

(“Trade mark Komunitarja – Talba għal revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré (Ergué Gabéric, Franza) (rappreżentant: S. Legrand, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1960/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolloré u The Directv Group, Inc.DispożittivMa għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mill-konvenut u mill-intervenjenti.