Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Pécsi Törvényszék – l-Ungerija) – FGSZ Földgázszállító Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-507/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 90 – Tnaqqis tal-ammont taxxabbli – Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-prezz – Dejn li sar definittivament irrekuperabbli – Terminu ta’ preskrizzjoni sabiex jintalab it-tnaqqis a posteriori tal-ammont taxxabbli tal-VAT – Data li fiha jibda jiddekorri t-terminu)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FGSZ Földgázszállító Zrt.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jistabbilixxi terminu ta’ preskrizzjoni li fi tmiemu l-persuna taxxabbli, li jkollha dejn li jkun sar definittivament irrekuperabbli, ma tkunx tista’ tinvoka iktar id-dritt tagħha li tikseb tnaqqis tal-bażi taxxabbli, dan it-terminu għandu jibda jiddekorri mhux mid-data tal-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ ħlas inizjalment prevista, iżda minn dik li fiha d-dejn ikun sar definittivament irrekuperabbli.

____________

1     ĠU C 28, 25.01.2021