Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 - 2nine vs UASI - Pacific Sunwear of California (nollie)

(Kawża T-364/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 2nine (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Palmer, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pacific Sunwear of California, Inc. (Anaheim, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrent(i)

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Ġunju 2008 fil-Każ R 1591/2007-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u

tagħti kwalunkwe ordni ulterjuri li l-Qorti tal-Prim'Istanza jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "nollie" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 11, 14, 18, 20, 25 u 26 - applikazzjoni Nru 4 601 621

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 839 740 tat-trade mark verbali "NOLI" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25; Reġistrazzjoni ta' trade mark tar-Renju Unit Nru 2 361 525 tat-trade mark verbali "NOLI" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħet l-oppożizzjoni u rrifjutat l-applikazzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jsib probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti fir-rigward tal-prodotti kkontestati kollha; ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra sewwa l-fatti, il-provi u l-argumenti mressqa.

____________