Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Awwissu 2008 - Hidalgo vs UASI - Bodegas Hidalgo - La Gitana (HIDALGO)

(Kawża T-365/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Emilio Hidalgo, SA (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, abogada)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni )

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Hidalgo - La Gitana, SA (Sanlucar de Barrameda, Cádiz, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titob lill-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Ġunju 2008, innotifikata lir-rikorrenti fit-18 ta' Ġunju 2008, fil-Każ R 1329/2007-4:

tordna lir-rikorrenti, u, skond il-każ, lill-parti intervenjenti, ibatu l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza kif ukoll l-ispejjeż tal-appell sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: E. Hidalgo SA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "HIDALGO" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.032.108) għal prodotti fil-klassi 33 "xarbiet alkoħoliċi (bl-eċċezzjoni tal-birra)".

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: Bodegas Hidlago - La Gitana S.A.

Trade mark jew sinjal invokat fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni: It-trade mark verbali Spanjola "HIDALGO", għal prodotti fil-klassi 33 ("Inbejjed in ġenerali u b'mod partikolari dawk koperti mid-denominazzjonijiet ta' oriġini Jerez u Manzanilla")

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppiżizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tiċħad l-appell.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 73 u 61(2) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja u tad-drittjiet tad-difiża tar-rikorrenti, li bbażat id-deċiżjoni kkontestata fuq dokument li dwaru r-rikorrenti ma setgħetx tieħu pożizzjoni.

Ir-rikorrenti tallega wkoll ksur:

tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, safejn id-deċiżjoni kkontestata tikkunsidra li l-inbejjed huma identiċi ma' xarbiet alkoħoliċi oħra, inklużi dawk fil-klassi 33, li huma differenti mill-inbid.

tal-Artikoli 4(1) u 5(a) tal-ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks u ksur tal-prinċipju ta' koeżistenza u ekwivalenza bejn trade marks nazzjonali u Komunitarji.

____________