Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' Awwissu 2008 - 2nine vs UASI - Pacific Sunwear of California (nollie)

(Kawża T-363/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 2nine Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Palmer, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pacific Sunwear of California, Inc. (Anaheim, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 1590/2007-2;

Tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż; u

Tadotta miżuri oħrajn li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis neċessarji.

Motivi u argumenti prinċipali

L-applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

It-trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "nollie" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 11, 14, 18, 25 u 26 - Applikazzjoni Nru 4 602 017

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

It-trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni internazzjonali ta' trade mark Nru 839 740 tat-trade mark verbali "NOLI" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25; Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark fir-Renju Unit Nru 2 361 525 tat-trade mark verbali "NOLI" għal prodotti fil-klassijiet 3, 18, 24 u 25

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Tilqa' l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni fl-intier tagħha

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jiddeċiedi li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti fir-rigward tal-prodotti kkontestati; ksur tal-Artikolu 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jieħu in kunsiderazzjoni kif jixraq jew injora l-fatti, il-provi u l-osservazzjonijiet imressqa.

____________