Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2010 - Hidalgo vs UASI - Bodegas Hidalgo - La Gitana (HIDALGO)

(Kawża T-365/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Annullament tar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali insostenn tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Emilio Hidalgo, SA (Jerez de la Frontera, Spanja) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bodegas Hidalgo - La Gitana, SA (Sanlucar de Barrameda, Spanja) (rappreżentanti: S. Rivero Galán, J.M. Sanjuán de Coca, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta' Ġunju 2008 (Każ R 1329/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Emilio Hidalgo SA u Bodegas Hidalgo - La Gitana SA.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors

Kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.