Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Cheng (B)

(Kawża T-505/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ ġwienaħ miftuħa – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Xiuxiu Cheng (Budapest, l-Ungerija)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2012 (Każ R 193/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Xiuxiu Cheng.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Compagnie des montres Longines, Francillon SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.