Language of document : ECLI:EU:T:2016:35





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat‑28 ta’ Jannar 2016 – Is‑Slovenja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑507/12)

“Għajnuna mill-Istat – Manifattura ta’ faċilitajiet ta’ rikreazzjoni – Għajnuna għar-ristrutturazzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Obbligu ta’ motivazzjoni – Imputabbiltà lill-Istat – Kriterju ta’ investitur privat”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li tikkonċerna għajnuna għar-ristrutturazzjoni ta’ impriża f’diffikultà – Neċessità li jiġu esposti l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet legali li għandhom importanza essenzjali fl-istruttura tad-deċiżjoni – Assenza ta’ rekwiżit ta’ motivazzjoni speċifika għal kull element imqajjem mill-partijiet interessati (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 23‑25, 37)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 53)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għajnuna mogħtija minn impriża pubblika – Impriża kkontrollata mill-Istat – Imputabbiltà awtomatika lill-Istat tal-miżura ta’ għajnuna – Esklużjoni – Totalità ta’ indizji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 64‑72, 76, 77, 93, 102, 107, 109, 169)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni li ssegwi d-direzzjoni ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Neċessità ta’ motivazzjoni espliċita fl-uniku każ invokat fir-rigward tal-prattika preċedenti (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 133)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat – Evalwazzjoni ekonomika kumplessa – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 190, 191, 220, 221, 224)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/273/UE, tad‑19 ta’ Settembru 2012, dwar il-miżuri favur ELAN d.o.o. SA.26379 (C 13/10) (ex NN 17/10) implimentati mis-Slovenja (ĠU 2014, L 144, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.