Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2013 - Sagar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/00) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta' Venezia u ta' Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mħallsa - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Sagar Srl (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u M. Pappalardo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: V. Di Bucci, aġent, assistit minn de A. Dal Ferro, avukat)

Parti intervenjenti għas-sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: inizjalment U. Leanza, sussegwentement minn I. Braguglia, sussegwentement minn R. Adam u fl-aħħar minn I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba ta' annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE tal-25 ta' Novembru 1999, dwar il-miżuri ta' għajnuna favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta' Venezja u ta' Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistitwixxu t-tnaqqis tar-responsabbiltajiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

L-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa manifestament infondat fid-dritt.

Sagar Srl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 355, 09.12.2000.