Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2013 - Unindustria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/00) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Venezia u ta' Chioggia - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li timponi l-irkupru tal-għajnuna mogħtija - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria) (Venezia, l-Italja); Comitato "Venezia vuole vivere" (Venezja); Siram SpA (Milano, l-Italja); Fiorital Srl (Venezia); Jesurum di M. e A. Levi Morenos Sas (Venezia); Grafiche Veneziane Srl (Venezia); Cantiere navale De Poli SpA (Pellestrina, l-Italja); Aive Srl (Marcon, l-Italja); Bortoli Ettore Srl (Venezia); Tessuti Artistici Fortuny SpA (Venezia); Lorenzo Rubelli SpA (Venezia); Tecnomare SpA (Venezia); u Arsenale Venezia SpA (Venezia) (rappreżentanti: A. Vianello, M. Merola u A. Sodano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, aġent, assistit minn A. Dal Ferro, avukat)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentati: inizjalment U. Leanza, sussegwentement I. Braguglia, u iktar sussegwentement, R. Adam u fl-aħħar nett I. Bruni, aġenti, assistiti minn G. Aiello u P. Gentili, avvocati dello Stato)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta' Novembru 1999, dwar il-miżuri ta' għajnuna favur impriżi stabbiliti fit-territorju ta' Venezia u ta' Chioggia, previsti mil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis ta' kontribuzzjonijiet socjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

L-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija magħquda mal-mertu.

Ir-rikors huwa miċħud peress li huwa manifestament infondat fid-dritt.

L-Unione degli industriali della provincia di Venezia (Unindustria), il-Comitato "Venezia vuole vivere", Siram SpA, Fiorital Srl, Jesurum di M. e A. Levi Morenos Sas, Grafiche Veneziane Srl, Cantiere navale De Poli SpA, Aive Srl, Bortoli Ettore Srl, Tessuti Artistici Fortuny SpA, Lorenzo Rubelli SpA, Tecnomare SpA, u Arsenale Venezia SpA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk tal-Kummissjoni.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 355, 09.12.2000.