Language of document : ECLI:EU:T:2013:35





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2013 – Sagar vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑269/00)

“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Tnaqqis tal-piżijiet soċjali favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna mħallsa — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Setgħa tal-Qorti Ġenerali li tiċħad rikors fuq il-mertu mingħajr ma tieħu deċiżjoni fuq l-eċċezzjoni tal-inammissibbiltà — Portata tal-marġni tagħha ta’ diskrezzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 111 u 114(4)) (ara l-punti 19-22)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżuri intiżi li jikkumpensaw żvantaġġi strutturali sostnuti mill-impriżi stabbiliti f’reġjun determinat ta’ Stat Membru — Inklużjoni — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Miżuri statali intiżi sabiex japprossimaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, f’ċertu settur ekonomiku, ma’ dawk prevalenti fi Stati Membri oħra — Inammissibbiltà (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 28, 29)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ skema ta’ għajnuna mas-suq komuni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Limiti (Artikolu 88 KE) (ara l-punti 31, 32, 35)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Eżami mill-Kummissjoni — Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-karatteristiċi ġenerali tagħha — Ammissibbiltà — Natura dgħajfa tal-ammont tal-għajnuna u eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-impriżi benefiċjarji fuq livell lokali — Għajnuna li tista’ taffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju u li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni — Assenza ta’ effett (Artikolu 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 35-37)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Għajnuna li tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni — Għajnuna intiża għall-iżvilupp ta’ reġjuni determinati — Esklużjoni tal-għajnuna għat-tħaddim ħlief f’każijiet eċċezzjonali — Assenza ta’ ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ ċertezza legali (Artikolu 87(3)(ċ) KE; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 88/C 212/02 u 98/C 74/06) (ara l-punti 48-50)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Irkupru ta’ għajnuna illegali — Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-ħlas lura tal-għajnuna — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata — Obbligu tal-Kummissjoni li tiggwida suffiċjentement is-sitwazzjoni individwali ta’ kull benefiċjarju — Possibbiltà li jitħalla għall-awtoritajiet nazzjonali l-kompitu li jiddeterminaw mingħajr diffikultajiet eċċessivi l-impriżi kkonċernati (Artikolu 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 57, 61)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur il-kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta’ Venezja u ta’ Chioggia, previsti mil-liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistitwixxu t-tnaqqis tar-responsabbiltajiet soċjali (ĠU 2000, L 150, p. 50).

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni Ewropea hija mehmuża mal-mertu.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala li huwa manifestament infondat fid-dritt.

3)

Sagar Srl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Kummissjoni.

4)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.