Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fil-15 ta’ Diċembru 2023 – Bursa Română de Mărfuri SA vs Autoritatea Naţională de Reglementare în domeniul Energiei (ANRE)

(Kawża C-775/23, Bursa Română de Mărfuri)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bursa Română de Mărfuri SA

Konvenut: Autoritatea Naţională de Reglementare în domeniul Energiei (ANRE)

Intervenjenti: Federația Europeană a Comercianților de Energie, Asociația Brokerilor de Energie din Londra – LEBA, Asociația Europeană a Piețelor și Intermediarilor - EVIA

Domandi preliminari

Dispożizzjoni nazzjonali li timponi l-għoti ta’ liċenzja waħda għall-operat tas-suq tal-elettriku tikkostitwixxi ksur tal-libertà ta’ stabbiliment prevista fl-Artikolu 49 TFUE jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikolu 56TFUE?

L-Artikolu 35 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-produtturi tal-elettriku nazzjonali u Ewropej joffru l-kwantità kollha tal-elettriku disponibbli fuq il-pjattaformi amministrati minn operatur wieħed magħżul għas-servizzi ta’ kummerċ fis-suq nazzjonali tal-elettriku tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-esportazzjoni, li ma tistax tkun iġġustifikata minn raġunijiet ta’ sigurtà pubblika relatata mas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija sa fejn tali leġiżlazzjoni ma hijiex proporzjonata mal-għan imfittex?

L-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 106(1) TFUE, ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għoti ta’ liċenzja waħda fi Stat Membru għall-provvista ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni għall-offerti ta’ bejgħ u ta’ xiri ta’ elettriku fis-suq bl-ingrossa futur tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?

____________