Language of document : ECLI:EU:T:2015:69





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Frar 2015 —
KSR vs UASI —Lampenwelt (Moon)

(Kawża T‑374/13)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Moon — Raġuni assoluta ta’ invalidità — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 52(1)(a) u Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rappreżentanza tal-partijiet — Possibbiltà li jiġi rrimedjat nuqqas ta’ mandat għall-preżentata ta’ rikors bil-produzzjoni sussegwenti ta’ kull dokument li jikkonferma l-eżistenza ta’ tali mandat (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(5)(b) u (6)) (ara l-punti 10, 12, 13)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 20, 21)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali Moon (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u (2) u 52(1)(a)) (ara l-punti 24-38)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal — Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biss — Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi — Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet Komunitarji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2008/95; Direttiva tal-Kunsill Nru 89/104) (ara l-punt 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Mejju 2013 (Każ R 676/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Lampenwelt GmbH & Co. KG u KSR Kunststoff Rotation GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KSR Kunststoff Rotation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.