Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Frar 2012 - Ecologistas en Acción-CODA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-359/10) 

["Rikors għall-annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti dwar il-pjan ta' żvilupp tal-kwartier ta' Cabanyal fi Valencia (Spanja) - Dokumenti mibgħuta minn Stat Membru - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta' spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki" - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji u tal-pariri legali - Informazzjoni ambjentali - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Rikors manifestament infondat fid-dritt"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ecologistas en Acción-CODA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Ramos Segarra, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Martínez del Peral u P. Costa de Oliveira, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Muñoz Pérez, sussegwentement minn S. Centeno Huerta, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta' Ġunju 2010, li tirrifjuta milli tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal xi dokumenti li jirrigwardaw l-inkjesta li nfetħet mill-awtoritajiet Spanjoli dwar il-fajl EU-PILOT 724/09/02 ENVI dwar pjan speċjali ta' protezzjoni u ristrutturazzjoni tal-kwartier ta' Cabanyal tal-belt ta' Valencia (Spanja).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ecologistas en Acción-CODA għandha tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)     Ir-Renju ta' Spanja għandha tħallas l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.