Language of document : ECLI:EU:T:2012:517





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2012 –
Tecnimed vs UASI – Ecobrands (ZAPPER-CLICK)

(Kawża T-360/10)

“Trade mark Komunitarja — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ każ fortuwitu — Assenza ta’ forza maġġuri — Dritt ta’ aċċess għal qorti — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Rikors għal annullament — Termini — Natura ta’ ordni pubbliku — Stħarriġ ex officio mill-qorti tal-Unjoni (paragrafu 6 tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(2)) (ara l-punti 11, 12)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Dekadenza — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Kunċett (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, paragrafu 2 tal-Artikolu 45) (ara l-punt 22)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Effett dirett — Modalitajiet proċedurali nazzjonali — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività (ara l-punti 29, 33-35)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Rikors ippreżentat bil-faks — Rekwiżit ta’ identiċità mal-oriġinal tar-rikors — Għan — Proporzjonalità (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 43(6)) (ara l-punti 37-40, 42-47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1795/2008‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tecnimed Srl u Ecobrands Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tecnimed Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.