Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Diċembru 2009 - Cattin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-194/08)1

("Responsabbilità mhux kuntrattwali − EDF − Lista ta' esportaturi eliġibbli li jiksbu l-ħlas tal-krediti tagħhom mingħand ir-Repubblika Ċentru-Afrikana − Nuqqas ta' reġistrazzjoni - Preskrizzjoni − Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: R. Cattin & Cie (Bimbo, Repubblika Ċentru-Afrikana); u Yves Cattin (Cádiz, Spanja) (rappreżentant: B. Wägenbaur, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta' esportaturi eliġibbli sabiex jiksbu l-ħlas, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FED), tal-krediti dovuti lilhom minn korp tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

R. Cattin Cie u Yves Cattin għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 197, 2.8.2008.