Language of document : ECLI:EU:T:2009:513





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2009 – Cattin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑194/08)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – FEI − Lista ta’ esportaturi eliġibbli li jiksbu l-ħlas tal-krediti tagħhom mingħand ir-Repubblika Ċentru-Afrikana − Nuqqas ta’ reġistrazzjoni – Preskrizzjoni − Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Identifikazzjoni tas-suġġett tal-kawża - Sunt tal-motivi invokati - Rikors għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni Komunitarja - Nuqqas ta’ osservanza tal-imsemmija rekwiżiti - Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 55-58)

2.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Teħid inkunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni suġġettiva tar-realtà tad-dannu - Inammissibbiltà (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE; Statut tal-Qorti tal‑Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 69-71, 82)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament mġarrab minħabba l-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir‑rikorrenti fil-lista ta’ esportaturi eliġibbli sabiex jiksbu l-ħlas tal-krediti tagħhom mingħand korp tal-Istat tar-Repubblika Ċentru-Afrikana fil-kuntest tal‑Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEI).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

R. Cattin & Cie u Yves Cattin għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.