Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Huvis vs Il-Kunsill

(Kawża T-536/08) 1

([“Dumping – Importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Korea t’Isfel – Estensjoni tad-dazji kontra d-dumping wara reviżjoni interim parzjali – Rikors għal annullament – Interess dirett u individwali – Ammissibbiltà – Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni – Artikolu 9(5) u Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru°384/96 [li saru l-Artikoli 9(5) u l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (KE) Nru°1225/2009]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Huvis Corp. (Séoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: inizjalment J.-F. Bellis, F. Di Gianni u R. Antonini, sussegwentement J.-F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti inizjalment minn G. Berrisch u G. Wolf, sussegwentement G. Berrisch, avukati)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. França u H. van Vliet, sussegwentement M. França u J.F. Brakeland, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°893/2008, tal-10 ta’ Settembru 2008, li jżomm fis-seħħ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ staple fibres tal-poliesteri li joriġinaw mill-Belarus, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mill-Arabja Sawdija u mill-Korea wara reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45), għal dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Huvis Corp. għandha tbati minbarra l-ispejjeż tagħha dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 55, 7.03.2009.