Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-22/17) 1

“FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż imwettqa mill-Portugall – Artikolu 31(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli – Verifiki ewlenin – Verifiki sekondarji”

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenit: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: P. Estȇvão, L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena, A. Sauka u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018, tal-15 ta’ Novembru 2016, li teskludi mill-finanzjament infiq speċifiku mwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26), sa fejn din teskludi l-ħlasijiet imwettqa taħt il-FAEŻR mill-aġenzija tal-ħlas kompetenti tar-Repubblika Portugiża għal ammont totali ta’ EUR 1 990 810.30

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 104, 3.4.2017