Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2023 – Małgorzata Marcinkowska-Dec vs EUIPO - Ismailova (DESSI)

(Kawża T-472/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Małgorzata Marcinkowska-Dec (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: A. Witońska-Pakulska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aza Ismailova (Herselt, il-Belġju)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “DESSI” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 116 969

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Marzu 2023 fil-Każ R 1738/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________