Language of document : ECLI:EU:T:2012:448

Kawża T-169/08

Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI)

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Swieq Grieg għall-provvista ta’ linjite u ta’ bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 86(1) KE, moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE — Għoti jew żamma ta’ drittijiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika favur impriża pubblika għall-estrazzjoni ta’ linjite”

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012…….?II‑0000

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012

1.      Kompetizzjoni — Impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi — Artikolu 86 KE — Portata

(Artikolu 86(1) KE)

2.      Kompetizzjoni — Impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom l-Istati Membri jagħtu drittijiet speċjali jew esklużivi — Pożizzjoni dominanti — Assenza ta’ inkompatibbiltà fiha nnifisha mal-Artikolu 82 KE

(Artikolu 82 KE u 86(1) KE)

1.      Ara t-test tas-sentenza.

(ara l-punt 79)

2.      Il-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 86(1) KE huma indirizzati lill-Istati Membri, filwaqt li l-Artikolu 82 KE huwa indirizzat, min-naħa tiegħu, lill-impriżi, billi jipprojbilhom l-isfruttament abbużiv ta’ pożizzjoni dominanti. Fil-każ tal-applikazzjoni magħquda ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, il-ksur tal-Artikolu 86(1) KE minn Stat Membru jista’ jiġi stabbilit biss jekk il-miżura tal-Istat tmur kontra l-Artikolu 82 KE. Dan għaldaqstant iqajjem il-kwistjoni dwar sa fejn abbuż, anki jekk potenzjali biss, tal-pożizzjoni dominati ta’ impriża għandu jiġi identifikat, meta dan l-abbuż ikollu rabta mal-miżura tal-Istat.

F’dan ir-rigward, meta tikkonstata sempliċement li rikorrenti, li kienet impriża monopolista, tkompli żżomm pożizzjoni dominanti fis-suq bl-ingrossa tal-elettriku grazzi għall-vantaġġ li jagħtiha l-aċċess privileġġat għal-linjite u li din is-sitwazzjoni toħloq inugwaljanza fl-opportunitajiet f’dan is-suq bejn l-imsemmija rikorrenti u l-impriżi l-oħra, il-Kummissjoni la identifikat u lanqas ma stabbilixxiet b’mod suffiċjenti fid-dritt liema abbuż, fis-sens tal-Artikolu 82 KE, il-miżura tal-Istat inkwistjoni wasslet jew setgħet twassal lill-impriża kkonċernata. Il-fatt biss li din tal-aħħar tinsab biss f’sitwazzjoni vantaġġuża meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, minħabba miżura tal-Istat, ma jikkostitwixxix fih innifsu abbuż minn pożizzjoni dominanti.

(ara l-punti 86, 93, 103)