Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fl-4 ta’ Ġunju 2018 – María Teresa Aragón Carrasco, María Eugenia Cotano Montero, María Gloria Ferratges Castellanos, Raquel García Ferratges, Elena Muñoz Mora, Ángela Navas Chillón, Mercedes Noriega Bosch, Susana Rizo Santaella, Desamparados Sánchez Ramos, Lucía Santana Ruiz u Luis Salas Fernández (bħala werriet ta’ Lucía Sánchez de la Peña) vs Administración del Estado

(Kawża C-367/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Teresa Aragón Carrasco, María Eugenia Cotano Montero, María Gloria Ferratges Castellanos, Raquel García Ferratges, Elena Muñoz Mora, Ángela Navas Chillón, Mercedes Noriega Bosch, Susana Rizo Santaella, Desamparados Sánchez Ramos, Lucía Santana Ruiz u Luis Salas Fernández (bħala werriet ta’ Lucía Sánchez de la Peña)

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Determinat, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali Spanjola li, fl-Artikolu 12(3) tat-test ikkonsolidat tal-Estatuto del Empleado Público (l-Istatut tas-Servizz Pubbliku) (Real Decreto Legislativo 2/2015, de 30 de octubre) (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 2/2015, tat-30 ta’ Ottubru 2015), tipprevedi l-waqfien liberu mill-funzjonijiet mingħajr allowance u tipprevedi, bil-kontra ta’ dan, fl-Artikolu 49(1)(c) tat-test ikkonsolidat tal-Estatuto del Empleado Público (l-Istatut tas-Servizz Pubbliku) (Real Decreto Legislativo 2/2015, de 30 de octubre) (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 2/2015, tat-30 ta’ Ottubru 2015), allowance meta t-terminazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol tkun dovuta għal ċerti kawżi previsti mil-liġi?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, miżura bħal dik stabbilita mil-leġiżlatur Spanjol, li tipprevedi li l-allowance tiġi stabbilita għal tnax-il ġurnata [ta’ salarju] għal kull sena maħduma, li l-ħaddiem jirċievi meta jintemm kuntratt ta’ xogħol temporanju, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas, anki meta r-relazzjoni kuntrattwali temporanja kienet limitata għal kuntratt wieħed?

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, dispożizzjoni legali li tagħti lill-ħaddiema għal żmien determinat allowance ta’ tnax-il ġurnata [ta’ salarju] għal kull sena maħduma ladarba jintemm il-kuntratt, iżda li teskludi minn din l-allowance lill-imsemmi persunal temporanju meta jkun hemm waqfien liberu mill-funzjonijiet, tmur kontra l-Klawżola 5 tal-Ftehim Qafas?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).