Language of document :

Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2020 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi Magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-649/20 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u S. Jiménez García, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni, mogħtija fil-Kawżi Magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, EU:T:2020:434.

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja - Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni 1 .

Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 256 TFUE, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-analiżi tas-selettività tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-prinċipji ta’ rkupru.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tas-selettività tal-miżura.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-għajnuna tal-Artikolu 108 TFUE, permezz tal-metodu ta’ analiżi tagħha u minħabba li ġabet fix-xejn il-kontenut taż-żewġ prinċipji.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għall-irkupru.

____________

1 ĠU 2014, L 144, p. 1