Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2012 - Mayaleh vs Il-Kunsill
(Kawża T-307/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Adib Mayaleh (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla:
id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/256/PESK, tal-14 ta' Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja sa fejn din issemmi lil Adib Mayaleh;
ir-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 410/2012, tal-14 ta' Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja sa fejn dan isemmi lil Adib Mayaleh;
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba' motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill .
____________1 - ĠU 2011, C 282, p. 30.